It-team nazzjonali tar-Rugby Union kiseb it-tieni rebħa fir-Rugby Europe Conference Championship meta fi tmiem il-ġimgħa għeleb lil Ċipru bl-iskor ta’ 24-14 f’Limassol.
Iż-żewġ timijiet kienu diġa iltaqgħu bejnithom fl-ewwel round f’Novembru li għadda meta dak-in nhar il-maltin ukoll kienu ħarġu rebbieħa. It-team malti kien immexxi mill-kowċ Keith Hopkins.
Malta marret minn fuq 7-0 grazzi għal try ta’ Joseph Greaves u conversion ta’ Robert Dudman.
Iċ-ċiprijoti irrispondew billi ġabu l-iskor indaqs biex iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu 7-7.
Il-maltin bdew tajjeb it-tieni taqsima billi reġgħu marru minn fuq u kkonsolidaw il-vantaġġ. Il-punti waslu minn try ta’ Harry Collins u conversion ta’ Robert Dudman.
L-iskor kompla jiżdied grazzi għal try ta’ Thomas Holloway u conversion ta’ Robert Dudman.
Dudman għalaq l-iskor malti minn penalty.