L-Inġinier Keith Attard huwa nominat għal Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei.
B’aktar minn għoxrin sena ta’ esperjenza, l-Inġinier Attard okkupa diversi karigi fil-qasam tal-inġinerija, kif ukoll kien responsabbli mill-immaniġġjar ta’ diversi proġetti.
Attard għandu kompetenza wkoll fit-tagħmir bijomediku kif ukoll fl-immaniġġjar ta’ operat. Fl-aħħar snin, l-Inġinier Attard serva bħala Kap tal-Inġinerija Medika fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela rringrazzja lil Celia Falzon tal-ħidma tagħha tul l-aħħar snin u awgura lill-Inġinier Keith Attard għall-irwol il-ġdid tiegħu fiż-żmien li ġej.