Nepaliż ta’ 34 sena residenti l-Fgura weġġa gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kampanella kantuniera ma’ Triq San Mikiel.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Romet Motors misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 36 sena li toqgħod il-Fgura wkoll.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.