Għada l-Ħadd 5 ta Mejju 2024 l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivta speċjali iddeikata ghad-Demolition tal-Karozzi Zghar.
Għal din l-edizzjoni tad-Demolition irreġistraw 70 karozza li ma jkunux itwal min 13 il-pied. Fil-fatt din tissejaħ id-Demolition tal-Karozzi Zgħar għall fatt li hemm il-qies marbut mal-karozza li jikkontrolla x’karozza wieħed jista juza f’din l-attivita. Bħas-soltu l-Assoċjazzjoni tagħti ftit ċans lil-karozzi jiġu esebiti din darba fil-Paddock Areas qabel jibdew l-aħħar vjaġġ tagħhom lejn li scrapyard fejn jiġu reċiklati għal ħadid u materjali oħra.
Biex l-attivita tkun iktar interessanti il-Kumitat Organizzativ din is-sena introduca regoli godda kif ssir id-Demolition fejn qabel konna naraw il-karozzi idduru mat-Trakka qabel ma jibdew jidhlu go xulxin, din issa spicca u ser issir b’mod kif id-Deomlition tigi organizzata attvita ta din xorta barra il-pajjiz. B’Dawn ir-regoli is-sewwieq jista jazel biss jekk jitlaqx bil-quddiem jew b’lura.
Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment li jittellha “Darba fis-Sena”, 70 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. U jekk jirrnexilhom jghaddu mill-iskrutinju 70 Karozza se naraw 26 il-kompetituri ġodda f’dan l-isport u 44 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba. Minhabba dan l-ammont ta Karozzi il-Kumitat idecida li jaqsam il-grupp ta partecipanti f’zewg Demolitions, l-ewwel Demolition ser tibda f’2pm u l-ohra fl-4pm, bil-biebin tal-Kumpless jinfethu 12pm inheggu lil pubbliku jahseb kmieni minhabba il-Parking. Prezz ta dhul huwa €10 kbar ghal zewg Demolitions tfal taht it-12 il-sena jidhlu b’xejn.
Il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba s-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jridu jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-Regoli preventivi ta’ din il-loghba jridu jiġu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal-aħħar tad-Demolition Derby. Filwaqt, l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex dan iseħħ. Dan kollu jamel din l-attivita success fejn l-ahhar karozza li tkun ghada timxi biex tghati l-ahhar daqqa tigi iddikjarata rebbieha.
Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt