Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech missu qed jiġġieled lill-establishment hu stess. Minflok huwa obbligat lejh.
Dan ġie nnotat fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn intqal li hu l-establishment li poġġih fil-kariga u jaf li jista’ jibqa’ hemm biss sakemm jibqa’ jogħtor għar-rieda ta’ grupp ta’ nies li ħakmu partit u mingħalihom iridu jaħkmu pajjiż.
Il-Partit Laburista temm jgħid li “b’xorti tajba, differenti mill-Partit Nazzjonalista, fil-pajjiż, jiddeċiedi l-poplu u mhux l-establishement.”