Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qed jibqa’ jkaxkar saqajh u ma jgħidx meta se jieqaf jikser il-liġi billi jdaħħal l-kontijiet finanzjarji u r-rapport tad-donazzjonijiet tal-partit tiegħu għand il-Kummissjoni Elettorali.
Kemm ilu Bernard Grech Kap, il-Partit Nazzjonalista għal snin sħaħ għadu b’operat illegali hekk kif qatt ma daħħal dak mitlub minnu skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Mistoqsi issa li bdiet kampanja elettorali, u sejjer quddiem il-poplu jitlob il-fiduċja f’elezzjonijiet amministrati mill-Kummissjoni Elettorali, l-istess istituzzjoni li mhux konformi magħha bil-liġi, Grech baqa’ jgħid li ma jafx meta se jdaħħal dak rikjest.
ĠURNALIST: “Waslet elezzjoni, bqajt ma ġejtx in-line mal-finanzjament tal-partiti. Komdu li qed tagħmel dan bi ksur tal-liġi?”
BERNARD GRECH: “Intom tafu dejjem jieħdu t-tul tagħhom.”
Fl-aħħar ġimgħat Grech waħħal li ma sabx awditur biex jiffirmalu l-kontijiet tal-partit tiegħu u għalhekk ilu tliet snin jikser il-liġi.
“Ikun hemm xi kultant kumplikazzjonijiet, ħafna drabi jkunu ħmerija jiġifieri inti jkollok bżonn awditur u inti ma ssibx awditur.”
Bernard Grech
Fil-midja kien hemm diversi rapporti dwar l-iskuża tal-awditur, b’imkejjen isostnu li l-Partit Nazzjonalista qed isibha diffiċli jsib professjonist jiffirmalu u jitfa’ ismu fit-taħwid li għandu fil-finanzi tal-partit. Dan anke fl-isfond tal-iskema sigrieta taċ-ĊedoliPN, li l-arkitett tagħha kien Simon Busuttil.
Anki s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino qed jipprova jilgħab għall-ħin u tefa’ kollox fuq il-Kap.
ĠURNALIST: “This means no PN financial reports have been made publicly available for any of the full calendar years that Bernard Grech has been at the party helm. In-nies mingħajr ma trid, dan sempliċiment kien żball għax m’aħniex perfetti?”
MICHAEL PICCININO: “Le le. Diġà spjegajt, spjega wkoll Bernard Grech. Kienet kwistjoni wkoll ta’ riżorsi umani.”