Pollakk ta’ 56 sena jinsab f’kundizzjoni serja wara li sab diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku, fejn sabu lill-Pollakk fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies.
Huwa ttieħed l-isptar għall-aktar kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.