Fi stqarrija dalgħodu, il-Pulizija qalet li tilef ħajtu r-raġel fis-sigħat li għaddew, li lbieraħ waqa’ għoli ta’ sular u nofs minn fuq ċint fi Triq Dragunara f’San Ġiljan. Kawża ta’ dan l-inċident, ir-raġel kien fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qalet ukoll kif s’issa l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bil-mewt ġie infurmat il-Maġistrat Ian Farrugia, li ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
AQRA IKTAR: