Fin-naħa t’isfel tal-Brażil iġġarrfet diga idroelettrika wara jiem ta’ xita qawwija, li rriżultat f’għargħar kbir li kkawża l-mewt ta’ aktar minn tletin persuna.
Uffiċjali qalu li madwar sittin persuna oħra jinsabu nieqsa fl-istat ta’ Rio Grande do Sul.
F’erbat ijiem, aktar minn ħmistax-il elf resident kellhom iħallu djarhom, filwaqt li man-nofs miljun ruħ jinsabu bla elettriku jew ilma nadif.
L-inċident tad-diga wassal għal ilmijiet li jlaħħqu ż-żewġ metri, li ħolqu paniku u ħsarat qawwija f’żoni li diġà kienu mgħerrqa bix-xita.
Dan it-temp estrem huwa kkawżat minn taħlita rari ta’ temperaturi aktar sħan mis-soltu, umdità għolja, u riħ qawwi.
Il-President tal-Brażil żar ir-reġjun milqut u wiegħed l-għajnuna tal-Gvern ċentrali.