Wara s-suċċess tal-ġimgħa l-oħra f’Seville fejn rebħu l-Iberos Cup, it-tim nazzjonali tal-Veterani se jerġa’ jkun fl-azzjoni s-Sibt li ġej hekk kif jaffaċċja lil Amfora Club Prague tar-Repubblika Ċeka. Din il-logħba se ssir fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta u tibda fis-2pm.
Sadanittant dan it-tim mill-belt kapitali Ċeka se jinkludi lir-rebbieħ tal-kampjonat Ewropew 1976 Antonin Panenka li llum il-ġurnata għandu 75 sena. Apparti minn hekk plejers oħra ta’ isem jinkludu lil Karol Dobias, Jan Berger u l-eks goalkeeper ta’ Birkirkara David Simon.