Il-kitarrist Amerikan, Duane Eddy, meqjus minn ħafna bħala l-missier tar-rock and roll, miet fl-età ta’ 86 sena.
Il-mewt tiegħu seħħet fit-30 ta’ April fi Franklin, Tennessee, u l-aħbar ingħatat minn martu Deed. Eddy kien ilu jiġġieled il-battalja tal-kanċer għal xi żmien.
L-artist, li twieled fi New York, kien magħruf għall-ħoss partikolari tal-kitarra tiegħu, inkluż f’suċċessi tal-ħamsinijiet u s-sittinijiet, bħal ‘Rebel Rouser’, ‘Peter Gunn’ u ‘Because They’re Young’. Tul il-karriera tiegħu hu biegħ miljuni kbar ta’ diski madwar id-dinja, waqt li influwenza kitarristi u artisti oħrajn li ġew warajh.