It-taħwid, li beda bih fil-kampanja elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ġie nnotat mill-midja.
Il-Maltatoday nnotat kif il-Partit Nazzjonalista beda fuq sieq ħażina.
Bit-titlu ‘Labour rights, Nationalist wrongs’, ir-rapport jinnota kif, fix-xandira tat-tnedija tal-kampanja, il-Partit Nazzjonalista kellu jaqta’ d-diskors tal-Kap u minflok jitfa’ teleshopping.
Id-diskorsi kollha fit-tnedija tal-kampanja elettorali Nazzjonalista bilkemm kienu jinftehmu bi qtugħ fit-trasmissjoni. Dan apparti li l-Partit Nazzjonalista kien għadu lanqas nieda l-kampanja elettorali b’mod uffiċjali li ma feġġx sit.
Is-sit għalik.com.
Sostenituri tal-Partit Nazzjonalista esprimew rabja kbira għall-mod kif, fit-tnedija tal-kampanja elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista lanqas wassal trasmissjoni, għax ix-xandira bdiet il-ħin kollu taqta’.
Sostenitur staqsa fejn qed imorru l-flus li qed jiġbor il-Partit Nazzjonalista, li qal li qed imorru għal apparat ġdid fil-midja tiegħu.
Imbagħad fil-Mosta wieħed minn tal-bidu li niżel biex jitkellem kien David Casa.
Id-differenza kienet ukoll x’ħin niżlet Metsola bil-bodyguards u kanzunetta takkumpanjaha u drone camera jtir fuqha.
U Bernard Grech biex jagħmel id-diskors tiegħu.
Il-problemi fit-tluq tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista komplew anke waqt il-bullettin prinċipali tal-aħbarijiet tal-midja Nazzjonalista, b’Bernard Grech jispiċċa lanqas jiġi rrapportat fil-bidu u, minflok, kienet Metsola li ħadet il-prominenza kollha.