Wara li tilef il-vot ta’ sfiduċja li ressaq fil-Gvern u tilef il-vot ta’ sfiduċja f’Konrad Mizzi, li tressaq wara ftehim mad-deputat indipendenti Marlene Farrugia, Simon Busuttil se jmur għall-protesta oħra.
Fuq Twitter ħabbar li se jkun qiegħed imur il-protesta organizzata minn grupp ta’ ftit nies li jgħidu li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili.
Kulħadd jaf li biex il-protesta tas-Sibt tkun waħda fejn ikun hemm xi ftit ta’ attendenza hemm bżonn l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista.
Biex jgħamel dan ċar Simon Busuttil kiteb fuq twitter, fejn qal li se jmur il-protesta kontra l-korruzzjoni. Sa issa mhux magħruf jekk miegħu ux se jieħu lil Gorg Pullicino, Tonio Fenech, Giovanna Debono, Beppe Fenech Adami jew Mario De Marco. Għalkemm strateġisti qed ituh il-parir li biex ikun ‘safe’ żgur l-aħjar jieħu l-Gypsy.