Il-Ministeru għall-Politika Soċjali ffirma ftehim soċjali ma’ Victim Support Malta, li joffri servizzi mmexxija minn professjonisti fil-qasam soċjali u servizzi terapewtiċi u anki legali għal persuni li jkunu għaddew minn xi diffikultajiet.
Fi stqarrija ntqal li dan il-ftehim jammonta għal sitt mitt elf ewro għal perjodu ta’ tliet snin.
Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Ministru Michael Falzon li qal li b’dan il-ftehim qed nilħqu dawk l-aktar li għandhom bżonn.
Id-Direttur ta’ Victim Support Malta, Karl Grech appella biex min iħossu vulnerabbli, ma jibżax jitkellem b’mod kunfidenzjali ma’ din l-NGO, biex ikun jista’ jibbenefika mit-terapija.