Eġizzjan ta’ 28 sena li jgħix l-Isla weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ b’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens kantuniera ma’ Triq il-Knisja.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur misjuq mill-vittma u karozza misjuqa minn raġel mill-Bangladesh ta’ 43 sena li jgħix il-Marsa.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.