Franċiża ta’ 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-quadbike li kienet qed issuq u nqalbet fiż-Żebbuġ, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq is-Sagħtrija.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku. Dan tal-aħħar ħa lill-mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Simone Grech ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.