Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech infexx jattakka lill-Prim Ministru f’messaġġ rekordjat quddiem il-cameras.
Grech għamel dan ftit minuti wara li l-għaqda Repubblika permezz ta’ ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u Jason Azzopardi, għaddew messaġġ barra l-Qorti.
Ftit wara li sar magħruf li l-inkjesta marbuta mal-isptarijiet lill-Vitals Global Healthcare sar magħruf li tlestiet u għaddiet għand l-Avukat Ġenerali fil-jum li fetħu n-nomini għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej, kemm il-Partit Nazzjonalista u l-għaqda Repubblika għaddew messaġġi komuni b’attakki fuq il-Prim Ministru Robert Abela.
Messaġġi li ilhom jiġu mbuttati mill-establishment Nazzjonalista anki fl-aħħar jiem fejn ġie attakkat il-Prim Ministru għax iddikjara li x-xogħol tal-ġudikatura m’għandux ikun determinat minn ‘timings elettorali’.
Iż-żewġ naħat wissew u qalu li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija għandhom jaġixxu minnufih, anki jekk qalu li ma jafux x’tgħid l-inkjesta konkluża mill-Maġistrat Gabriella Vella, liema inkjesta lestitha issa, erba’ snin u nofs wara u mhux skont it-terminu stabbilit ta’ sittin jum.