“Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech missu jaqbel mal-Prim Ministru Robert Abela, li l-ġustizzja għandha tkun waħda ġusta u onesta u ma tkunx determinata minn timings elettorali. Id-demokrazija moderna hekk taħdem.”
Il-Partit Laburista kien qed jirreaġixxi għall-kordinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u l-establishment f’attakk kontra diskors ċar tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur u li tennih fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit il-Ħadd.
Il-Partit Laburista tenna li huwa stramb ħafna kif il-Kap Nazzjonalista u l-establishment qegħdin jaraw dan bħala attakk.