Raġel ta’ 41 sena residenti r-Rabat qed jinżamm arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-hold ups li saru fl-aħħar ġimgħat fir-Rabat. Allegatament ir-raġel kien involut ukoll f’serq minn tas-Sliema.
Fis-6 ta’ Marzu seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Pawl, ir-Rabat, fil-25 ta’ Frar sar ukoll hold up armat fil-banka tal-lottu tar-Rabat filwaqt li fit-23 ta’ Frar sar hold-up ieħor minn ħanut fir-Rabat fost oħrajn.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn il-hold ups għadhom għaddejjin.