Sewwieq ta’ 32 sena residenti Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet ilbieraħ filgħaxija fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li l-karozza marret fuq il-karreġġjata opposta fejn ħabat f’ħajt u ma’ vettura oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-sewwieq ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Is-sewwieq tal-karozza l-oħra ma weġġax.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.