It-tim nazzjonali tal-veterani rebħu l-Iberos Cup wara li għelbu lil Iberos CF 3-1 f’logħba li ntlagħbet f’Estadio La Cartuja f’Seville.
It-tim immexxi minn Joe Micallef lagħab logħba verament tajba kontra tim ferm kompetittiv. Huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza wara li rċieva tajjeb mingħand Ian Zammit.
Iberos CF ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Nahuel Dominguez wara azzjoni ta’ kontrattakk.
Il-veterani Maltin ftit dehru impressjonati hekk kif baqgħu konċentrati u skorjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Roderick Briffa u Ian Zammit.
Fl-aħħar tal-logħba l-president ta’ Iberos CF Pedro Panuelo ippreżenta t-tazza lill-captain tal-veterani Maltin Stephen Wellman.