Il-Ħadd 28 ta’ April, Island Car Club organizza t-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal-din is-sena, fil-Baħrija, fil-limiti tar-Rabat. L-avveniment kien wirja ta’ veloċità, ħila, u determinazzjoni, peress li kemm parteċipanti b’esperjenza kif ukoll dawk novizzi kkompetew bil-qawwa għall-post fuq il-podju.
It-tliet rebbieħa fost is-sewwieqa kollha ta’ dan it-tielet round, Christian Azzopardi, Terence Vella, u Mark Micallef, urew ħila u determinazzjoni eċċezzjonali. Ir-rebħa ta’ Mark Micallef fl-ewwel round, u r-rebħiet konsekuttivi ta’ Christian Azzopardi fit-tieni u t-tielet rounds, huma xhieda tal-ħila tagħhom. Sascha Blanco rebaħ il-klassi tal-karozzi rear wheel drive u l-klassi għal-karozzi tat-triq. Didier Bugeja rebaħ il-klassi tal-karozzi front wheel drive, Joseph Calleja rebaħ il-klassi ta’ karozzi four wheel drive, Roberto Gauci kien l-aktar veloċi f’karozza klassika , Whitney Hili kienet l-aktar mara veloċi fil-Baħrija, David Grech kien l-iktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena, l-aġilità żagħżugħa ta’ Nicholas Micallef bħala l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, u l-ġirja impressjonanti ta’ Craig Pace bħala l-iktar sewwieq veloċi fil-Guest Class.
Island Car Club jixtieq jirringrazzja, Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, The Point Malta, u oħrajn. L-appoġġ u l-kontribut ta dawn huwa strumentali biex il-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb jkun possibli u ta success. Island Car Club irringrazzja wkoll lis-sewwieqa kollha, it-timijiet tagħhom, u l numru kbir ta’ voluntiera meħtieġa biex jitmexxa avveniment bħal dan.
Jeremy Cassar serva bħala Clerk of the Course, Susan Fenech bħala Secretary of the Meeting, William England bħala Steward u Rappreżentant tal-ASN, Joe Formosa bħala Timekeeper u Charles Dingli bħala Scrutineer.