Il-Qorti ordnat li armla ta’ sewwieq ta’ mutur li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku tingħata s-somma ta’ €164, 500.
L-inċident seħħ fl-2010 fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ. Is-sewwieq tat-trakk ħareġ minn triq sekondarja mingħajr ma ċċekja kinux ġejjin vetturi.
Azzjoni li ġiegħlet lis-sewwieq tal-mutur jikser biex jevitah, u eventwalment ħabat. Sewwieq tal-mutur li però kien stmat li qed isuq b’veloċità ta’ mija u wieħed kilometru fis-siegħa.
Għaldaqstant il-Qorti innutat kif l-inċident seta’ kien evitat ukoll li kieku tal-mutur ma kienx għaddej b’veloċità daqstant għolja, u t-tort inqasam bejn iż-żewġ sewwieqa.