Illejla fis-sitta ta’ filgħaxija, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jkun intervistat fuq il-programm ġdid 8/06 fuq l-istazzjonijiet ONE.
Dan il-programm ġdid fuq ONE se jibda llejla u se jkun ippreżentat minn Claudia Cuschieri. Se jkun qed jagħtu sehmu wkoll, il-preżentatur Karl Stagno Navarra.
Din l-intervista mal-Prim Ministru Robert Abela se ssir jum wara li, fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, tnediet il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.