Wara l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, fejn kienet imnedija l-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tat-tmienja ta’ Ġunju, bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, ONE News tkellem mal-Perit William Lewis, is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, fi Pjazza San Ġorġ.
Il-ħaddiema mill-Ħadd f’nofsinhar, bdew jaħdmu bla heda, biex ikunu imħejjija sew għall-Mass Meeting ta’ nhar l-Erbgħa l-ewwel ta’ Mejju.
“Ftit wara li l-Prim Ministru nieda l-kampanja għat-tmienja ta’ Ġunju li ġej hawnhekk fi Pjazza San Ġorġ bdejna bl-armar biex nhar l-Erbgħa nkunu nistgħu nilqgħu l-ikbar folla li qatt rat din il-pjazza. Għaldaqstant inħeġġeġ lil kulħadd, ikun magħna. Ħa jkollna attivita mill-isbaħ. Ħa jkollna kunċert mill-Palace String Orchestra ma’ numru ta’ kantanti. Jiġifieri dawk kollha li ħa jidħlu l-Belt żgur li mhux se jiddispjaċihom. Ħa jkollna wkoll il-Banda tal-Partit Laburista mat-toroq tal-Belt u l-qofol id-diskors tal-Prim Ministru, fejn ħa jwassalna għat-8 ta’ Ġunju bil-messaġġ ‘Is-saħħa lill-Maltin.”
Is-Segretarju Organizattiv tal-PL, William Lewis