Il-Prim Ministru Taljana, Giorgia Meloni, se tkun qed tikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Hija ħabbret dan waqt konferenza tal-Fratelli d’Italia, fil-belt ta’ Pescara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fid-diskors li għaddiet, Meloni qalet li hija poġġet lill-Italja lura fiċ-ċentru tal-politika Ewropea u internazzjonali, filwaqt li attakkat lill-partiti fl-Oppożizzjoni.
Dan ifisser, li jekk Meloni tiġi eletta fil-Parlament Ewropew, hija jkollha tirreżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru.