Twaqqfet il-Fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta.
L-għan huwa li din il-fondazzjoni tintegra l-istrateġija ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ pajjiżna, mal-għanijiet u strateġija tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, il-Professur Christian Scerri spjega r-riċerka li se ssir.
“Bħala riċerka mhux se tkun just riċerka bażika, imma se tkun riċerka fuq kif wieħed jista’ jipprevjeni, kif wieħed jista’ jittratta l-kanċer, jista’ jħares lejn id-data kif tiġi pproċessata mill-kanċer u fl-aħħar u mhux l-inqas, naħseb l-aktar waħda importanti l-effett tal-kanċer, kemm waqt u waqt it-trattament, u iktar u iktar illum, peress li ħafna nies qed ifiqu mill-kanċer, is- survivorship.”
Id-dettalji dwar din il-Fondazzjoni tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, li spjega kif din l-inizjattiva se turi dak li jista’ jinkiseb permezz tal-kollaborazzjoni.
“Din hi xhieda li dan il-Gvern, ir-rakkomandazzjonijiet u l-istrateġiji qegħdin hemm biex jimplimentahom. Għalhekk qed inħabbru t-twaqqif ta’ din il-fondazzjoni.”