Fuq Facebook, Puttinu Cares qasmu ritratt ta’ missier li minkejja li tilef lil ibnu bil-marda tal-kanċer, xorta jibqa’ bi tbissima jgħin lil ħaddieħor.
Dan hekk kif illum, ħa xi ftajjar bnini lill-pazjenti u ħaddiema f’Rainbow Ward fl-Isptar Mater Dei.
Antoine Magri huwa missier Juan, tarbija ta’ ftit aktar minn xahrejn li kien ħalla din id-dinja f’Ottubru tal-2021.
Huma bosta l-pazjenti u qraba tagħhom li jibqgħu jgħinu lil Puttinu wara li jkunu missew mal-kefrija tal-mard u jiġu bżonn l-għajnuna ta’ din l-organizzazzjoni.