“This my Prime Minister.” Hekk irreferiet għal Lawrence Gonzi l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, 11-il sena wara li l-eks Kap Nazzjonalista spiċċa mill-kariga tiegħu.
Fi Strasburgu, fejn qed titlaqqa’ sessjoni tal-Parlament Ewropew saret kommemorazzjoni li tfakkar l-għoxrin anniversarju minn meta Malta u disa’ pajjiżi oħrajn saru stati membri tal-Unjoni Ewropea.
Metsola sostniet li Gonzi hu l-Prim Ministru tagħha, meta Gonzi resaq biex jieħu b’idejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, waqt li l-eks mexxejja fi żmien li pajjiżhom issieħbu fl-2004 bdew jiltaqgħu ma’ Von der Leyen.
Fid-Dar Ċentrali hu sigriet magħruf li l-eks Kap Nazzjonalista għadu jiġbed l-ispag minn wara fil-Partit Nazzjonalista, bħala parti mill-establishment.
Fl-aħħar ġimgħat tkellem dwar dan ukoll l-eks Deputat Nazzjonalista, Franco Debono, li indika kif Gonzi għadu dominanti fil-PN.