Il-protesti fl-Amerka kontra l-gwerra f’Gaza nfirxu minn Columbia u Yale għal universitajiet oħrajn, hekk kif l-uffiċjali qed jitħabtu biex iżommu taħt kontroll dan il-moviment ta’ protesti, li qed jinfirex f’kulleġġi edukattivi.
It-Tnejn filgħaxija, il-Pulizija kellhom jintervjenu biex iwaqqfu protesta fl-Università ta’ New York u arrestaw diversi persuni. Aktar kmieni, għexieren ta’ studenti ġew arrestati f’Yale, filwaqt li f’Columbia kellhom jitħassru l-lezzjonijiet.
Episodji simili seħħew f’Berkeley, f’MIT u f’kulleġġi oħrajn fl-Istati Uniti.
Fl-aħħar jiem, dimostrazzjonijiet u dibattiti jaħarqu dwar il-gwerra f’Gaza heżżew universitajiet Amerikani, bl-istudenti jgħidu li qed jaraw żieda fl-inċidenti kemm antisemitiċi kif ukoll Iżlamofobiċi.
Il-President Joe Biden ikkundanna dawn il-protesti.