Il-Pulizija ġiet informata t-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tas-6:30 li, kawża ta’ aċċident tat-traffiku fi Triq Leli Falzon, fin-Naxxar, weġġa’ gravi tifel ta’ ħames snin.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ċ-ċkejken kien intlaqat minn vettura tat-tip Chevrolet Cruze, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie informat bil-każ u ħatar inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.