It-Tnejn filgħaxija Inter saru matematikament ċampjins tas-Serie A meta għelbu lill-ġirien Milan 2 – 1 biex b’hekk rebħu l-għoxrin kampjonat fl-istorja meta fadal ħames partiti għat-tmiem il-Kampjonat. Dan l-għoxrin kampjonat kien ifisser li Inter issa għadhom it-tieni stilla.
Iċ-ċelebrazzjonijiet fi Piazza Duomo kienu kbar hekk kif mijiet ta’ partitarji ħonqu din il-pjazza sabiex jiċċelebraw dan it-titlu appena ġiet fit-tmiema l-partita.
Francesco Acerbi poġġa lin-Nerazzurri fil-vantaġġ fil-18 il-minuta bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Wara erba minuti fit-tieni taqsima Marcus Thuram għamel l-iskor 2 – 0.
Milan naqsu d-distakk fit-80 minuta permezz ta’ Fikayo Tomori bl-skor għalhekk isir 2 – 1.
Id-drama f’din il-partita ma naqsitx għaliex fl-aħħar mumenti tkeċċew tliet plejers. Fit-93 minuta Dumfries għal Inter u Hernandes ta’ Milan ġew murija l-karta l-ħamra b’Calabria ta’ Milan ukoll jispiċċa mkeċċi fil-97 minuta biex Milan spiċċaw l-konfront b’9 plejers.
Din ir-rebħa kienet tfisser li Inter issa għandhom vantaġġ ta’ 17 il-punt fuq Milan li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika.
Ritratt:Sempreinter.com