Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ikkonferma li kellu laqgħat ma’ Silvio Debono tad-DB Group biex jiddiskuti relazzjonijiet kummerċjali tal-kumpanija media.link. Magħfus mill-ġurnalisti għal iktar spjegazzjonijiet dwar l-iskandlu li ħakem lill-Partit Nazzjonalista, Busuttil imbagħad ma ta ebda prova li tal-flus li ħa l-Partit Nazzjonalista, permezz tal-kumpanija tiegħu, id-DB Group ħa xi ħaġa lura.
Anke jekk il-kumpanija għamlet din l-isfida lbieraħ meta sostniet li ħallset il-pagi tas-Segretarju Ġenerali, Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv Brian St John. Simon Busuttil ma tkellimx lanqas dwar x’ħa l-Partit Nazzjonalista qabel l-2016, fl-istess ħin li qal li se jaħtar Kummissjoni immexxija minn Giovanni Bonello biex tgħamel rakkomandazzjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti.