U hekk kif gerrbu l-ġimgħat u x-xhur, wasal ukoll l-aħħar programm tat-18-il edizzjoni tal-programm Arani Issa.
U għall-aħħar programm tistgħu timmaġinaw illi l-emozzjonijiet ser ikunu ferm għolja u s-sorpriżi verament se jkunu kbar fi tmiem din l-edizzjoni li kienet tant mimli emozzjonijiet u valuri sbieh li aħna l-Maltijn u l-Għawdxin inħaddnu.
F’dan il-programm speċjali li ser jixxandar it-Tlieta 23 t’April, Joseph ilaqqana ma’ persuna il-ġmiel tagħha li naqset numru ta’ kilos, ispirazzjoni kbira għalina lkoll. Ma jistax jonqos li fl-aħħar programm ikun hemm ukoll waħda mill-isbaħ reunions tas-sensiela grazzi dejjem għad-dedikazzjoni ta’ Dounia u t-tim ta’ Arani Issa li permezz tagħhom inkunu nistgħu napprezzaw il-valuri veri tar-rispett u mħabba. Iżda żgur li l-istorja ta’ Joseph Fenech – missier u raġel eżemplari li qalbu jagħtiha lil kull min ikun fil-bżonn minkejja li għaddej minn esperjenza tant diffiċli fil-familja tiegħu. Ser nisimgħu u napprezzaw kliem ta’ tifħir u faraġġ fi storja li ser tmiss il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha!
Segwi lil Joseph Chetcuti waqt l-aħħar Arani Issa għal din is-sena, t-Tlieta 23 t’April mid-8:40pm ‘il quddiem fuq ONE