Malta u l-Antigua u Barbuda ffirmaw ftehim li se jippromwovi t-taħriġ u l-qsim tal-informazzjoni bejn ir-reġistri tal-vapuri.
Waqt żjara uffiċjali ta’ jumejn f’pajjiżna mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Antigua u Barbuda, saret laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg, li qal kif, minkejja d-distanza ġeografika bejn iż-żewġ pajjiżi, xorta hemm valuri u prijoritajiet komuni, speċjalment minħabba l-isfidi marbutin mat-tibdil fil-klima.
Iż-żewġ Ministri semmew il-koperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar snin, li bdiet fil-pandemija tal-COVID-19, primarjament fuq l-immaniġġjar tal-ilma.
It-tnejn tkellmu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u tennew l-impenn li jippromwovu l-paċi biex jiġu riżolti l-konflitti internazzjonali.