Il-Partit Nazzjonalista reġa’ qed jinqabad iħawwad fil-politika ekonomika tiegħu hekk kif qed jerġgħu joqorbu l-elezzjonijiet.
Fuq l-isfida tal-għoli tal-ħajja, Bernard Grech ftit tal-ġimgħat ilu kien qal li għandu fond flok l-inizjattiva ‘Stabbiltà’, li għamel il-Gvern fuq prezzijiet stabbli għall-prodotti essenzjali tal-ikel.
Bernard Grech: “Fond ta’ €40 miljun li bih inkunu nistgħu ngħinu kemm lill-importaturi u l-esporaturi.”
Fuq ix-xandir nazzjonali, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri espona l-konfużjoni politika fl-ekonomija min-naħa tal-Oppożizzjoni.
“Jekk wieħed jara l-€40 miljun in absolute terms l-effett tagħhom fuq il-€61 biljun li aħna nimportaw u nesportaw. L-effett tagħha taf xi jkun din? Fuq kull €100 l-effett ikun hemm sussidju ta’ 7 cents. Daqshekk hu l-effett. €40 million – simple mathematics over €61 billion.”
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri
Fl-istess programm kien hemm ix-Shadow Minister Ivan Castillo, li kompla juri t-taħwid fil-Partit Nazzjonalista.
Ivan Castillo: “Jekk qed jiġi kkwotat l-€40 miljun, mela jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li dak hemm żball.”
U meta pprova jbenġilha, li kien rapport ħażin minn midja oħra, fil-fatt kien ikkwotat rapport mill-midja tal-Partit Nazzjonalista stess.
“Imma dak tat-Times. Tan-NET dan… jumejn ilu.”
Il-Partit Nazzjonalista fin-narrattiva ekonomika tiegħu żied id-doża kontra inizjattivi li jagħtu stabbiltà fil-prezzijiet.
L-ewwel ħareġ kontra l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija, fejn il-Kap Bernard Grech qal li l-għajnuna għandha tieqaf u saħansitra ried il-liberalizzazzjoni tas-suq, li tfisser kontijiet ogħla għall-familji u n-negozji.
Bernard Grech: “Li tibqa’ tissussidja l-eneġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli.”
U issa qed jattakka l-iskema ‘Stabbiltà’ fil-prezzijiet tal-ikel, tant li ġab kelliem fil-Kunsill Ġenerali biex jgħid li din hi perikoluża.
“Din hi miżura perikoluża ħafna.”