Applikazzjoni għal blokka ta’ appartamenti ta’ sitt sulari li kienet se tkun qed tħares fuq is-Santwarju ta’ Pinu f’Għawdex, ġiet irtirata.
L-applikazzjoni ġiet irtirata minn George Farrugia, b’persuni u entitajiet li kienu qed joġġezzjonaw dan l-iżvilupp, ukoll ġew infurmati.
Fil-fatt, fost dawk jopponu dan l-iżvilupp kien hemm il-Kunsill Lokali tal-Għarb li sostna kif din il-blokka se tkun qed tikkuntrasta sew mal-iżvilupp eżistenti fl-akkwati.
Dan filwaqt li r-residenti spjegaw li l-iżvilupp kien wisq kbir għal dik iż-żona partikolari filwaqt li kieku kellu jkompli, persuni oħra jistgħu jitħajjru jagħmlu bi proġetti ta’ żvilupp simili, b’detriment taż-żona.