L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, iffirmat ftehim mal-klabb rinomat tal-futbol Ingliż Tottenham Hotspurs. Bħala parti minn dan il-ftehim se tiġi organizzata l-VisitMalta Cup, b’logħba li se ssir fl-10 t’Awwissu li ġej, meta Tottenham se jilagħbu kontra t-tim Ġermaniż ta’ Bayern Munich fil-grawnd tat-tim Ingliż f’Londra.
B’dan ifisser li l-captian tat-tim nazzjonali Ingliż, Harry Kane, se jirritorna f’dan il-grawnd għall-ewwel darba wara li ngħaqad mat-tim Ġermaniż minn Munich.
Dan ġie mħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, li preżenti għaliha kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, u eks plejers tal-iSpurs.
Il-Ministru Bartolo sostna li din il-logħba ta’ ħbiberija se tagħti viżibilità akbar lil Malta fis-suq turistiku Brittaniku u dak Ġermaniż.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA tenna dwar l-importanza ta’ dan il-ftehim.
“Is-suq Ingliż u s-suq Ġermaniż, li għandhom sapporters madwar l-Ewropa u madwar id-dinja. B’din l-inizjattiva, il-brand VisitMalta se tkun qed tiġi rreklamata b’mod qawwi biex inkomplu nattiraw turiżmu ta’ kwalità fil-gżejjer Maltin.”
Anke l-eks plejer ta’ Spurs, Gary Mabbutt, tenna li din il-logħba hi mistennija u se ssir ġimgħa qabel jibda l-kampjonat Ingliż.
“Fingers crossed, I think will have a fantastic crowd for it, Tottenham Hotspurs against Bayern Munich, a six-time European champions, maybe seven-time European champions by then. But it is going to be a fantastic game and of course the big thing about it, Harry Kane coming back to the new Spurs Stadium, it is going to be incredible occasion.”