Kristen Abela hi r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-programm Brillanti Musicals. It-taqtiegħa sal-finali ‘Brillanti Musicals’ bi preżentazzjoni ta’ Joseph Chetcuti kienet waħda ħarxa.
Ftit jiem wara s-suċċess miksub, ONE News tkellem ma’ din iż-żagħżugħa ta’ wieħed u għoxrin sena.
“Veru kuntenta, ma kontx qed nistenniha ngħidlek il-verità. Jien dħalt speċita issa naraw u wasalt s’hawnhekk. Veru thankful għal din l-opportunità, thankful to Brillanti and the whole team because they make feel special.”
Tkellimna ma’ Kristen dwar x’ħeġġa tieħu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Brillanti.
“Ilni nirreċta u hekk jiġifieri kienet xi ħaġa, jien dejjem ngħid dejjem ngħid mhux se nieħu sehem f’competitions għax speċita it’s nerve-wrecking, ibati ftit fil-kunfidenza. Imma din id-darba għedt musicals, bilfors irid nieħu sehem, hija xi ħaġa li vera toġobni u ilni nagħmilha minndu kont żgħira, so għedt qisni why not trying out?”
Hi għaddiet dan il-messaġġ lil dawk li bħalha għandhom talent u jridu jersqu ’l quddiem.