Raġel ta’ 44 sena li joqgħod Birkirkara weġġa’ gravi wara nqabad bejn lifter u trakk.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Clarens, il-Pietà.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma nqabad bejn lifter u trakk meta allegatament kien qed jirranġa l-lifter.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.