Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li Iżrael attakkat lill-Iran permezz ta’ missila. Dan skont żewġ uffiċjali Amerikani li tkellmu mal-midja internazzjonali.
Dan l-attakk Iżraeljan seħħ b’ritaljazzjoni għall-attakki b’madwar 300 drones u missili mill-Iran, nhar is-Sibt li għadda. L-Iran attakkat lil Iżrael wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, attakk mill-ajru Iżraeljan attakka l-Konsulat Iranjan fis-Sirja, fejn inqatlu 13-il-persuna.
Skont il-midja Iranjana ntqal li nstemet spluzzjoni viċin il-provinċja ta’ Isfahan, post fejn isiru l-maġġoranza tal-produzzjoni tal-armi nukleari fl-Iran.
Il-midja Iranjana qalet li l-bażijiet nukleari tagħha f’Isfahan huma kompletament siguri. Irrapportat ukoll li ġew sospiżi titjiriet minn fuq diversi bliet fil-pajjiż.
Ġie rrapportat kif tliet drones ġew meqruda hekk kif fil-ħin tal-attakk ġiet attivata s-sistema difensiva tal-ajru.