Salesgirl li kienet taħdem fi stabbiliment f’Bay Street tressqet il-Qorti l-Ħamis mixlija li serqet flus minn diversi ħwienet.
Cristina Amenta ta’ 34 sena minn Sqallija li ilha sitt snin tgħix u taħdem f’Malta, ġiet irraportata mill-imgħallem taghħa stess wara li beda jinnota diskrepanza fil-flus tal-ħwienet tal-kumpanija.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman, spjegat li l-imgħallem għamel kameras tas-sigurtà wara li beda jissuspetta li xi ħadd qed jisraq il-flus.
Ġie spjegat ukoll li allegatament insterqu iktar minn elf ewro fl-aħħar ta’ Diċembru, filwaqt li €605 u €60 nsterqu l-għada.
Fil-fatt intqal li l-imgħallem affaċċja lil-imputata u hi ċaħdet dawn l-akkużi.
Ftit wara il-każ ġie rraportat mal-Pulizija, però Amenta ma setatx tinstab mil-ewwel.
Madanakollu, l-Erbgħa ntlemħet fi stabbiliment ta’ Paceville u ftit waraġiet arrestata.
L-akkużata wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti ppreseduta miIl-Maġistrat Ann Marie Thake fuqu diversi kundizzjonijiet.