Bl-eskalazzjoni tal-vjolenza mhu se jibbenefika ħadd, li se jwassal biex ibatu n-nies.
Dan kien il-messaġġ li għadda, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, waqt laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin, li sar b’mod virtwali.
F’din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani, wara l-attakk tal-Iran fuq Iżrael.
Il-Ministru Borg sostna li dan il-messaġġ huwa l-istess wieħed bħal dak li pajjiżna għadda fil-laqgħa urġenti li saret fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Dan meta nhar il-Ħadd li għadda, il-Presidenza Maltija ta’ dan l-ogħla organu ta’ din l-istituzzjoni internazzjonali laqqa’ din il-laqgħa b’mod urġenti.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru Ian Borg sostna li dak li seħħ ftit tal-jiem ilu, hu serjissimu u l-eskalazzjoni ta’ dan il-konflitt mhuwiex aċċettabbli.
Matul din il-laqgħa mal-Ministri Ewropej, il-Ministru Borg saħaq li m’għandhiex titnaqqas l-għajnuna umanitarja f’Gaza u anki l-ostaġġi li qegħdin f’idejn il-grupp Hamas. Hawnhekk il-Ministru Ian Borg sostna l-messaġġ ta’ pajjiżna, dak ta’ waqfien mill-ġlied b’mod permanenti fil-Lvant Nofsani.
Escalation of violence will benefit no one, but will lead to immense suffering for civilians. In line with our repeated calls, most recently during Sunday’s @UN Security Council emergency meeting, #Malta reiterates need for restraint by all parties in the #MiddleEast is… pic.twitter.com/6uRNDVO0KY
— Ian Borg (@MinisterIanBorg) April 16, 2024