It-Tlieta, il-Partit Laburista, tella’ laqgħa ta’ konsultazzjoni oħra bis-sehem tal-pubbliku, bit-tema ‘Komunitajiet ta’ Kulħadd’, sabiex ikompli jisma’ u jaġixxi.
Waqt din l-attività, persuni minn diversi setturi u għaqdiet volontarji, għaddew l-interventi tagħhom, b’rabta mal-inklużjoni fl-intier tagħha, partikolarment fil-komunitajiet tagħna.
Il-Prim Ministru Robert Abela, għadda wkoll l-intervent tiegħu, b’rabta ma’ din l-istess tema, fejn elenka l-importanza tal-inklużjoni fil-komunitajiet.
Din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, hija waħda minn kullana li qed jittellgħu, hekk kif diġà ittellgħu laqgħat oħrajn dwar l-isport u dwar il-festa Maltija.