Rapport tal-Ġnus Magħquda jgħid li n-nies f’Gaza qed ibatu l-ġuħ, b’konsegwenza tal-gwerra fil-Lvant Nofsani.
Dan ħareġ sitt xhur mindu bdiet il-gwerra, fis-sebgħa ta’ Ottubru li għadda.
Dan ir-rapport jgħid li numru ta’ tfal jinsabu f’xiefer il-mewt fit-Tramuntana ta’ Gaza, minħabba li hu diffiċli biex tingħata l-għajnuna f’din iż-żona. Dan hekk kif l-għajnuna lejn Gaza qed tiġi min-Nofsinhar ta’ Gaza.
Dan ir-rapport tal-Ġnus Magħquda jgħid in-nies f’Gaza jinsabu b’nuqqas ta’ ikel, fuel u mediċini.
Dan apparti li s-sistema tas-saħħa f’Gaza tinsab viċin li tikkollassa. Dan minħabba li l-isptarijiet hawnhekk ġew imbombardati.
F’dawn in-nofs tas-sena li għaddiet, il-Ġnus Magħquda qed ibassar li kważi żewġ miljun persuna, il-maġġoranza assoluta tal-popolazzjoni f’Gaza telqu minn djarhom.
Sadanittant, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyaha qal li Iżrael tinsab pass ’il bogħod mir-rebħa ta’ Gaza.