Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu żar ukoll Marsaxlokk fejn kien hemm bosta familji fir-raħal pittoresk tas-sajjieda marbut ukoll mal-post li jinġabru n-nies fil-festa ta’ San Girgor.
Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ man-nies u tkellem magħhom.
Iltaqa’ wkoll ma’ bejjiegħa u sajjieda li kienu waqt xogħolhom.
F’San Girgor, f’temp sabiħ kien hemm anki bosta żgħażagħ u tfal li lkoll iltaqgħu mal-Prim Ministru li qatta’ ħafna ħin fost in-nies f’Marsaxlokk.
Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Marsaxlokk Steven Grech.