Erbat ijiem fuq l-Għid il-Kbir, il-Knisja tiċċelebra l-Festa ta’ San Girgor.
Festa b’għeruq tradizzjonali u folkloristiċi li hija marbuta mal-ewwel għawma tas-sena.
Fin-Nofsinhar ta; pajjiżna din il-festa tiġi ċċelebrata bil-kbir b’ purċissjoni li tibda miż-Żejtun u bil-qofol jintlaħaq fix-xatt ta’ Marsaxlokk b’mijiet ta’ persuni jieklu u jixorbu filwaqt li jisimgħu l-għana tradizzjonali.
San Girgor għandha l-oriġini tagħha fis-Seklu 16 u l-festa saret għall-ewwel darba bħala turija ta’ ringrazzjament li Malta evitat l-effetti katastrofiċi tal-pesta.