Illum beda x-xogħol fuq il-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.
Ix-xogħol fi pjazza Antoine de Paul huwa wieħed minn numru ta’ proġetti li l-gvern qed iwettaq flimkien mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.
L-għan hu li l-pjazza ssir iżjed tal-poplu, u mhux biss jissaħħaħ l-aspett ambjentali, iżda wkoll titjieb l-esperjenza tal-konsumatur meta jmur biex jixtri mill-ħwienet fil-qrib.
Permezz tal-proġett mistenni jiżdied sostanzjalment l-ispazju miftuħ għan-nies. Huwa proġett li se jiswa madwar tliet miljuni, li ġew ivvutati mill-Gvern Ċentrali. Huwa pjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.
Kif mistennij jiġi l-proġett ladarba jitlesta’