L-Erbgħa 3 ta’ April 2024, l-istazzjon ONE fid-8.40pm se jkun qed ixandar id-dokumentarju ‘Kieku l-Ħitan jgħidu l-istorja…Il-Palazz tal-Granmastru’. L-għan ta’ dan id-dokumentarju huwa li t-telespetturi tal-istazzjon jiskopru aktar mill-qrib, dan it-teżor li jinsab fil-qalba tal-Belt kapitali ta’ pajjiżna, propju fiċ-ċentru tal-Belt Valletta, li huwa wkoll wirt dinji tal-Unesco. Il-Palazz tal-President, kif inhu magħruf ukoll, warajh għandu erba’ sekli u nofs ta’ storja rikka.
Waqt id-dokumentarju ‘Kieku l-ħitan jgħidu l-istorja…Il-Palazz tal-Granmastru‘ li se jixxandar esklussivament fuq ONE, permezz ta’ għadd ta’ mistiedna se nsegwu pass pass il-proċess kollu, li ħa r-restawr ta’ dan il-Palazz, li sar matul il-ħames snin tal-President George Vella, li żgur li se jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna bħala l-legat tiegħu, li minn ħolma fil-bidu, issa saret realta’ u b’hekk illum jista’ jitgawda aħjar mill-Maltin u l-Għawdxin, mit-turisti li jżuruna, u minn kull min jgħożż il-patrimonju Malti.
‘Kieku l-ħitan jgħidu l-istorja… Il-Palazz tal-Granmastru‘, id-dokumentarju ddedikat lit-tabib George Vella li se jkun qed itemm il-kariga tiegħu bħala l-President ta’ Malta.
‘Kieku l-ħitan jgħidu l-istorja… Il-Palazz tal-Granmastru‘ għandu kitba u produzzjoni ta’ Anton Falzon, jixxandar l-Erbgħa fid-8.40pm fuq ONE