Il-partit ewlieni tal-Oppożizzjoni fit-Turkija rreġistra rebħiet elettorali sinifikanti fl-ibliet ewlenin ta’ Istanbul u Ankara. Dawn ir-riżultati, li qed jiġu interpretati bħala ta’ inkwiet għall-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, ġew irreġistrati fl-elezzjonijiet lokali.
Fil-fatt, il-midja internazzjonali qed tisħaq li dan ir-riżultat hu wieħed ta’ xokk għal Erdogan hekk kif juri nuqqas ta’ fiduċja fih minkejja li, inqas minn sena ilu, assigura t-tielet terminu tiegħu bħala President.
Erdogan innifsu stqarr li r-riżultat ma kienx wieħed li xtaq, iżda saħaq kif dan ma jfissirx t-tmiem għat-tmexxija tiegħu, imma bidla fid-direzzjoni.